T‑70/1562015TJ0070EU:T:2016:59200011133TSENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla)30 ta’ Settembru 2016 ? (
1
)
“Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 102 TFUE — Iffissar, mill-awtorità portwali ta’ Split, ta’ tariffi fuq livelli massimi għas-servizzi portwali relattivi għat-traffiku intern — Ċaħda ta’ lment — Trattament tal-każ minn awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru — Nuqqas ta’ interess tal-Unjoni”
Fil-Kawża T‑70/15,
Trajektna luka Split d.d., stabbilita fi Split (il-Kroazja), irrappreżentata minn M. Bauer, H.-J. Freund u S. Hankiewicz, avukati,
rikorrenti,
vs
Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn C. Giolito, C. Urraca Caviedes u I. Zaloguin, bħala aġenti,
konvenuta,
li għandha bħala suġġett rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9236 finali, tat-28 ta’ Novembru 2014, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti relattiv għall-ksur tal-Artikolu 102 TFUE allegatament imwettaq mill-awtorità portwali ta’ Split jew tal-Artikoli 102 u 106 TFUE mwettaq mir-Repubblika tal-Kroazja jew mill-awtorità portwali ta’ Split (Każ AT.40199 – Port ta’ Split),
IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla),
komposta, matul id-deliberazzjonijiet, minn M. van der Woude, President, I. Ulloa Rubio (Relatur) u A. Marcoulli, Imħallfin,
Reġistratur: E. Coulon,
tagħti l-preżenti
Sentenza ( 2 )
Il-fatti li wasslu għall-kawża
[omissis]
Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet
[omissis]
Id-dritt
Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali
[omissis]
Fuq il-mertu
[omissis]
Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq il-probabbiltà li tista’ tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur
[omissis]
26
It-tieni nett, għalkemm ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni hija pprojbita, sabiex tiċħad l-eżistenza tal-interess tal-Unjoni, milli ssostni li l-ANC kienet diġà ttrattat il-każ, filwaqt li tirrikonoxxi barra minn hekk li l-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 1/2003 ma kienx applikabbli f’dan il-każ, għandu jitfakkar li din id-dispożizzjoni, bħad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-regolament, tkopri s-sitwazzjonijiet li fihom ikunu implementati l-Artikoli 101 u 102 TFUE (sentenza tal-21 ta’ Jannar 2015, easyJet Airline vs Il‑Kummissjoni, T‑355/13, EU:T:2015:36, punt 43).
27
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tista’ tiċħad ilment fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nr 1/2003 biss meta dan l-ilment kien is-suġġett ta’ eżami mwettaq fir-rigward tar-regoli tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni (sentenza tal-21 ta’ Jannar 2015, easyJet Airline vs Il‑Kummissjoni, T‑355/13, EU:T:2015:36, punt 44).
28
Madankollu, f’dan il-każ, filwaqt li l-partijiet jaqblu fuq il-fatt li l-ANC ibbażat ruħha biss fuq id-dritt nazzjonali Kroat, għandu jiġi rrilevat li, fil-punti 14 u 15 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni llimitat ruħha tikkonferma l-argument imressaq mir-rikorrenti fil-messaġġ elettroniku tagħha tad-19 ta’ Awwissu 2014 li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 1/2003 ma setgħux jiġu applikati inkwantu, fid-deċiżjoni tagħha, l-ANC kienet iddeċidiet biss abbażi tad-dritt nazzjonali.
29
Għaldaqstant huwa b’mod korrett li l-Kummissjoni qieset, fil-punti 15 u 18 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 1/2003 ma kienx applikabbli f’dan il-każ.
[omissis]
33
It-tielet nett, f’dak li jirrigwarda l-argument tar-rikorrenti li l-ANC ma applikatx id-dritt tal-Unjoni u ma wettqitx evalwazzjoni utli tas-sitwazzjoni, minn naħa, hekk kif ġie indikat fil-punt 30 iktar ’il fuq, ir-rikorrenti ma tikkontestax li d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li fuqhom hija stess ibbażat l-ilment tagħha huma l-ekwivalenti tal-Artikoli 101 u 102 TFUE. Għaldaqstant, hemm lok li jitqies li l-konklużjonijiet tal-ANC kienu jkunu identiċi kieku hija wettqet l-analiżi tagħha fir-rigward ta’ dawn l-artikoli.
34
Min-naħa l-oħra, l-operaturi ekonomiċi allegatament vittmi ta’ ksur ma jistgħux iqisu lill-Kummissjoni bħala korp ta’ appell li jista’ jannulla d-deċiżjonijiet ta’ awtorità nazzjonali li ma tkunx laqgħet l-ilment tagħhom. Fil-fatt, l-istħarriġ tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jappartjeni biss lill-qrati nazzjonali, li għandhom funzjoni essenzjali fl-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-21 ta’ Jannar 2015, easyJet Airline vs Il‑Kummissjoni, T‑355/13, EU:T:2015:36, punt 20).
[omissis]
Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq l-affermazzjoni li l-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali huma fl-aħjar pożizzjoni sabiex jittrattaw il-kwistjonijiet imqajma
[omissis]
52
It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li, peress li l-Kummissjoni għad ma għandha ebda esperjenza fir-rigward tal-kapaċità tal-qrati nazzjonali Kroati sabiex jittrattaw tali każ, peress li r-Repubblika tal-Kroazja hija membru relattivament ġdid tal-Unjoni, hija kellha l-obbligu teżamina l-każ b’mod iktar iddettaljat, peress li ebda qorti nazzjonali ma għadha applikat id-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.
53
Għandu jiġi enfasizzat li r-Repubblika tal-Kroazja setgħet taderixxi mal-Unjoni biss wara li tkun issodisfatt il-kriterji politiċi u ekonomiċi u l-obbligi li għandhom l-Istati kandidati għall-adeżjoni, hekk kif stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen (id-Danimarka) tal-21 u tat-22 ta’ Ġunju 1993. Dawn il-kriterji jirrikjedu mill-Istat kandidat, b’mod partikolari, il-kapaċità li jassumi l-obbligi li jirriżultaw mill-adeżjoni, b’mod partikolari l-kapaċità li jimplementa b’effikaċja r-regoli, in-normi u l-politiċi li jifformaw il-corpus leġiżlattiv tal-Unjoni.
54
Għaldaqstant, il-kapaċità tal-qrati Kroati li japplikaw id-dritt tal-Unjoni ma tistax, bħala prinċipju, tiġi kkontestata.
55
Issa, f’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma tipproduċi ebda prova preċiża li turi nuqqas ta’ kapaċità tal-qrati Kroati li jevalwaw is-sitwazzjoni inkwistjoni.
[omissis]
Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq l-effett fuq il-funzjonament tas-suq intern
[omissis]
Fuq il-fatt li tressqu quddiem il-Kummissjoni lmenti oħra dwar l-istess każ
[omissis]
Fuq l-ispejjeż
[omissis]
Għal dawn il-motivi,
IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla)
taqta’ u tiddeċiedi:
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Trajektna luka Split d.d. hija kkundannata għall-ispejjeż.
Van der Woude
Ulloa Rubio
Marcoulli
Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-30 ta’ Settembru 2016.
Firem
( 1 ) ? Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.
( 2 ) Qed jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli.
Full & Egal Universal Law Academy