2.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/47
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2015 – Ice Mountain Ibiza vs UASI – Marbella Atlantic Ocean Club (ocean beach club ibiza)
(Kawża T-5/15)
(2015/C 073/58)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ice Mountain Ibiza, SL (San Antonio, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero u F. Miazzetto, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Marbella Atlantic Ocean Club, SL (Puerto Banús, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “ocean beach club ibiza” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 0 6 10 491
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 2292/2013-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 2292/2013-1 b’mod li l-oppożizzjoni magħmula minn Marbella Atlantic Ocean Club, SL tiġi miċħuda u li tintlaqa’ l-applikazzzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 6 10 491“ocean beach club ibiza” (mħallta) fil-klassi 41; u
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk kollha li jirriżultaw sal-lum mill-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI fl-istanzi inferjuri li wasslu għal dan ir-rikors.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy