9.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 81/24
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2015 – Leopard/UASI – Smart Market (LEOPARD true racing)
(Kawża T-7/15)
(2015/C 081/31)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Leopard SA (Howald, il-Lussemburgu) (rappreżentant: P. Lê Dai, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Smart Market, SLU (Alcantarilla, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “LEOPARD true racing” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10139202
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 1866/2013-1
Talbiet
—
tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy