13.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/31
Rikors ippreżentat fit-8 ta Jannar 2015 – Auyantepui Corp. vs UASI – Magda Rose (Mr Jones)
(Kawża T-8/15)
(2015/C 118/39)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Auyantepui Corp. SA (il-Belt tal-Panama, il-Panama) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Magda Rose GmbH & Co. KG (Vienna, l-Awstrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “Mr Jones” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 669 794
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 49/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ l-applikazzjoni għat-trade mark;
—
tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra, jekk din tintervjeni, sabiex tħallas l-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy