16.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/32
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2015 – Ball Europe vs UASI – Crown Hellas Can
(Kawża T-9/15)
(2015/C 089/39)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ball Europe GmbH (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Renck, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Crown Hellas Can SA (Ateni, il-Greċja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tad-disinn inkwistjoni: ir-rikorrenti
Disinn inkwistjoni: disinn Komunitarju Nru 230 990-0006
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 1408/2012-3
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-konvenut, u fil-każ ta’ intervent, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti.
Motivi invokati
—
ksur tal-Artikolu 25(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002 u
—
ksur tal-Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002.
Full & Egal Universal Law Academy