2.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/50
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2015 – Internet Consulting vs UASI – Provincia Autonoma di Bolzano-Alto Adige (SUEDTIROL)
(Kawża T-11/15)
(2015/C 073/61)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Internet Consulting GmbH (Brunico, l-Italja) (rappreżentanti: L. Miori u A. Bertella, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Provincia Autonoma di Bolzano-Alto Adige (Bolzano, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark verbali “SUEDTIROL” – Trade mark Komunitarja Nru 2 8 26 931
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Bord Suprem tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 574/2013-G
Talbiet
—
tannulla jew f’kull każ tbiddel kompletament id-deċiżjoni kkontestata tal-Bord Suprem tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Ottubru 2014, innotifikata fit-13 ta’ Novembru 2014, u tiċħad f’kull każ it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja Suedtirol imressaq mill-Provincia Autonoma di Bolzano;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-UASI u għal dawk tal-proċeduri preżenti.
Motivi invokati
—
Ksur jew applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 5 u 56 tar-Regolament KE Nru 207/2009;
—
Ksur jew applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 7(1)(c), 12 u 52 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy