30.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 107/30
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2015 – Deutsche Post vs UASI – Media Logistik (PostModern)
(Kawża T-13/15)
(2015/C 107/39)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Hamacher u C. Giersdorf, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Media Logistik GmbH (Dresden, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikanti: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark inkwistjoni: it-trade mark verbali Komunitarja “PostModern” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 276 821
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Novembru 2014 fil-Każ R 2063/2013-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-konvenut u, skont il-każ, lill-partijiet l-oħra, għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy