9.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 81/25
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2015 – Lufthansa AirPlus Servicekarten vs UASI – Mareea Comtur
(Kawża T-14/15)
(2015/C 081/33)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lufthansa AirPlus Servicekarten GmbH (Neu Isenburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze, solicitor, u G. Würtenberger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SC Mareea Comtur SRL (Deva, ir-Rumanija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali li tinkludi l-element verbali “” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 649 358
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Ottubru 2014, fil-Każ R 1918/2013-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonċerna s-servizzi fil-klassi 35;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 64 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy