16.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/34
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2015 – Henkell & Co. Sektkellerei vs UASI – Ciacci Piccolomini d’Aragona di Bianchini (PICCOLOMINI)
(Kawża T-20/15)
(2015/C 089/41)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Henkell & Co. Sektkellerei KG (Wiesbaden, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Flick, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ciacci Piccolomini d’Aragona di Bianchini Società Agricola (Milano, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “PICCOLOMINI” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 564 573
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-31/10/2014 fil-Każ R 2265/2013-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċedura inklużi dawk tar-rikorrenti.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy