30.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 107/32
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2015 – Franmax vs UASI – Ehrmann (Dino)
(Kawża T-21/15)
(2015/C 107/41)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Franmax UAB (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentant: E. Saukalas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ehrmann AG Oberschönegg im Allgäu (Oberschönegg, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant/Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent/il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata: Trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “Dino” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 809 481
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 2012/2013-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy