13.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/32
Appell ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2015 mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) mis-sentenza mogħtija fit-13 ta’ Novembru 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) fil-Kawża F-2/12 – Hristov vs Il-Kummissjoni u EMA
(Kawża T-27/15 P)
(2015/C 118/41)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Appellanti: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentant: J. Currall, N. Nikolova u C. Petrova)
Partijiet oħra fil-proċedura: Emil Hristov, Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tat-13 ta’ Novembru 2014, mogħtija fil-Kawża F-2/12, Hristov vs Il-Kummissjoni u EMA,
—
tibgħat lura l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, sabiex dan jiddeċiedi dwar l-aggravji l-oħra,
—
tirriżerva l-ispejjeż tal-appell.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji:
—
it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kiser id-dritt tal-Unjoni billi ta lill-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba portata li dan il-prinċipju ma għandux,
—
sussidjarjament, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi naqas milli jivverifika, qabel ma ddeċieda li jilqa’ t-talba għal annullament, jekk in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba setax kellu impatt fuq il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata,
—
b’mod iktar sussidjarju, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, fi kwalunkwe każ, kiser id-dritt tal-Unjoni billi naqas milli jibbilanċja l-interessi rispettivi inkwistjoni u billi ma llimitax l-effetti tas-sentenza tiegħu,
—
b’mod dejjem iktar sussidjarju, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kiser id-dritt tal-Unjoni billi qies li l-irregolarità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni kienet timplika neċessarjament l-irregolarità tad-deċiżjoni adottata mill-EMA.
Full & Egal Universal Law Academy