16.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/37
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2015 – Grupo Bimbo vs UASI (BIMBO)
(Kawża T-33/15)
(2015/C 089/45)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Grupo Bimbo, SAB de CV (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata: it-trade mark Komunitarja verbali “BIMBO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 616 414
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Novembru 2014 fil-Każ R 251/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, billi sussegwentement tagħti deċiżjoni li tiddikjara l-karattru distintiv suffiċjenti, li huwa diġà intrinsiku jew miksub permezz tal-użu, tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, billi tilqa’ dan ir-rikors u tistabbilixxi li jseħħ id-dħul fir-reġistru tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 616 414 “BIMBO” fil-klassi 30 tal-klassifikazzjoni internazzjonali; u
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u għar-rimbors tat-taxxi tal-appell imħallsa lill-UASI.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u tal-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy