16.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/41
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2015 – Telecom Castilla-La Mancha vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-38/15)
(2015/C 089/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Telecom Castilla-La Mancha, SA (Toledo, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, A. Lamadrid de Pablo, A. Balcells Cartagena u M. Bolsa Ferruz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, b’mod partikolari, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni sa fejn tiddikjara l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat bħala inkompatibbli mas-suq intern;
—
konsegwentement, tannulla l-ordnijiet ta’ rkupru kif stabbilit fl-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-36/15, HISPASAT vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy