30.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 107/32
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2015 – Novartis vs UASI – Mabxience (HERTIXAN)
(Kawża T-41/15)
(2015/C 107/42)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mabxience SA (Montevideo, l-Urugwaj)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata: Trade mark Komunitarja verbali “HERTIXAN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 660 835
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 2550/2013-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy