23.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 96/23
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2015 – Hydrex vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-45/15)
(2015/C 096/29)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Hydrex NV (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentant: P. Van Eysendeyk, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara l-illegalità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2015) 103 finali, tat-12 ta’ Jannar 2015, li ġiet nnotifikata lir-rikorrenti skont l-Artikolu 297 TFUE permezz tal-ittra tat-13 ta’ Jannar 2015 li tikkonċerna l-ordni ta’ rkupru Nru 3241405101 għal ammont ta’ EUR 5 40 721,10 minħabba n-nuqqas manifest ta’ motivazzjoni, u konsegwentement f’evalwazzjoni kompletament żbaljata;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tirrimborsa l-ammonti indebitament mitluba u/jew l-ammonti miżmuma;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-ftehim ta’ sussidju LIFE06 ENV/B/000362 intitolat “Demonstration of a 100 % non-toxic durable hull protection and anti-fouling system contributing to zero emission to the aquatic environment and saving 3-8 % heavy fuels” ġie ffirmat fl-2006 bejn il-Kummissjoni Ewropea u r-rikorrenti. L-irkupru mill-Kummissjoni li qieħed jiġi kkontestat huwa bbażat fuq verifika ex post, li turi li l-ispejjeż eliġibbli tal-proġett għandhom jitnaqqsu.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tallega ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Hija targumenta li l-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra l-verifika magħmula meta d-dokumenti kollha kienu għadhom disponibbli. Sussidjarjament, hija ssostni li l-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra n-nota tagħha dwar ir-rapport ta’ verifika ex post insostenn ta’ ammont addizzjonali.
Full & Egal Universal Law Academy