20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/31
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2015 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-47/15)
(2015/C 127/43)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, K. Petersen u T. Lübbig, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla, skont l-Artikolu 264 TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2014 fil-proċedura “Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) Il-Ġermanja — Sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti intensivi tal-enerġija, C (2014) 8786 finali”;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi:
1.
L-ewwel motiv: żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti
Il-Kummissjoni Ewropea interpretat b’mod skorret il-fatti rilevanti, jiġifieri l-mod ta’ funzjonament tal-liġi Ġermaniża dwar il-prijorità mogħtija lill-enerġija rinnovabbli (Gesetz für den Vorrang erneuerbarer Energien – EEG) u b’mod partikolari s-sistema ta’ flussi finanzjarji previsti minn din il-liġi. Barra minn hekk, hija interpretat ħażin ir-rwol tal-“Istat” bħala leġiżlatur u bħala istituzzjoni responsabbli mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza, u minn dan ddeduċiet b’mod żbaljat sitwazzjoni ta’ kontroll.
2.
It-tieni motiv: assenza ta’ “vantaġġ” ikkonferit mill-iskema ta’ kumpens speċjali
Il-Kummissjoni Ewropea wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE billi qieset, minkejja l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li l-impriżi li jikkonsmaw livell għoli ta’ enerġija kienu ffavoriti.
3.
It-tielet motiv: l-allegat vantaġġ la ngħata mill-Istat u lanqas permezz ta’ riżorsi tal-Istat.
Il-Kummissjoni Ewropea applikat ukoll b’mod żbaljat l-Artikolu 107(1) TFUE billi qieset li l-korpi tal-Istat jeżerċitaw kontroll fuq il-patrimonju ta’ diversi impriżi privati li jipparteċipaw fis-sistema tal-liġi Ġermaniża dwar il-prijorità mogħtija lill-enerġija rinnovabbli.
Full & Egal Universal Law Academy