30.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 107/33
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2015 – Credentis vs UASI – Aldi Karlslunde (Curodont)
(Kawża T-53/15)
(2015/C 107/43)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Credentis AG (Windisch, l-Isvizzera) (rappreżentant: D. Breuer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aldi Karlslunde K/S (Karlslunde, id-Danimarka)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Curodont” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 10 332 807.
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Novembru 2014 fil-Każ R 353/2014-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI u lil Aldi Karlslunde għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy