30.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 107/34
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2015 – Jääkiekon SM-liiga vs UASI (Liiga)
(Kawża T-54/15)
(2015/C 107/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Jääkiekon SM-liiga Oy (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: L. Laaksonen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkonċernata: Trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Liiga” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 056 792
Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tat-tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 576/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy