30.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 107/34
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2015 – Certified Angus Beef vs UASI – Certified Australian Angus Beef (CERTIFIED AUSTRALIAN ANGUS BEEF)
(Kawża T-55/15)
(2015/C 107/45)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Certified Angus Beef, LLC (Wooster, Ohio, l-Istati Uniti tal-Amerika) (rappreżentant: C. Aikens, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Certified Australian Angus Beef Pty Ltd (Surrey Hills, l-Awstralja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata: Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “CERTIFIED AUSTRALIAN ANGUS BEEF” – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 095 394
Proċedimenti quddiem l-UASI: Proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 662/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tilqa’ l-oppożizzjoni kollha kemm hi;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy