13.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/35
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2015 – Trajektna luka Split vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-57/15)
(2015/C 118/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Trajektna luka Split d.d. (Split, il-Kroazja) (rappreżentanti: M. Bauer, H.-J. Freund u S. Hankiewicz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 7285 finali – Kroazja – Allegata għajnuna favur Jadrolinija, tal-15 ta’ Ottubru 2014;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tar-rikorrenti;
—
tibgħat il-kawża lura lill-Kummissjoni Ewropea għal investigazzjoni ulterjuri u għal deċiżjoni ġdida; u
—
tieħu kull azzjoni oħra li hija tqis utli.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni u fuq żball ta’ liġi manifesti li jikkonsistu fil-ksur tal-Artikolu 107 TFUE li jirriżulta mill-konstatazzjoni li l-miżura kkontestata ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat minħabba l-applikazzjoni ta’ kriterju żbaljat sabiex jiġi stabbilit jekk kinux ġew involuti riżorsi pubbliċi.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni u fuq żball ta’ liġi manifesti li jikkonsistu fil-ksur tal-Artikolu 107 TFUE li jirriżulta mill-konstatazzjoni li l-miżura kkontestata ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat minħabba l-assenza ta’ involviment ta’ riżorsi pubbliċi.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi manifest li jikkonsisti fil-ksur tal-kunċett imsemmi fl-Artikolu 107(1) TFUE flimkien mal-Artikolu 106(1) TFUE li jirriżulta mill-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-Artikolu 106(1) TFUE.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur ta’ forma proċedurali sostanzjali li jikkonsisti fil-ksur tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 659/1999 (1) li jirriżulta mill-fatt li ma sarx użu suffiċjenti mis-setgħat ta’ investigazzjoni li huwa jipprevedi.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni li jirriżulta mill-assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE u fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 659/1999.
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur ta’ forma proċedurali sostanzjali li jirriżulta mill-motivazzjoni insuffiċjenti skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE f’dak li jikkonċerna l-assenza ta’ riżorsi pubbliċi u l-kunċett tal-Artikolu 106(1) flimkien mal-Artikolu 107(1) TFUE.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).
Full & Egal Universal Law Academy