13.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/36
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2015 – Ludwig Bertram vs UASI – Seni Vita (Sanivita)
(Kawża T-58/15)
(2015/C 118/45)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ludwig Bertram GmbH (Isernhagen, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Rust-Sorge, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Seni Vita OHG (Bayreuth, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant/Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: Trade mark Komunitarja figurattiva Nru 9949959
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Novembru 2014 fil-Każ R 1087/2013-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy