30.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 107/38
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2015 – Shoe Branding Europe vs UASI (Strixxi paralleli mmejjla)
(Kawża T-64/15)
(2015/C 107/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Shoe Branding Europe BVBA (Oudenaarde, il-Belġju) (rappreżentant: J. Løje, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkonċernata Trade mark Komunitarja figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ strixxi paralleli mmejjla) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 984 102
Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 2563/2013-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy