4.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 146/39
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2015 – Alsharghawi vs Il-Kunsill
(Kawża T-66/15)
(2015/C 146/53)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bashir Saleh Bashir Alsharghawi (Johannesburg, l-Afrika t’Isfel) (rappreżentant: É. Moutet, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara u tiddeċiedi li l-Kunsill naqas mill-obbligi tiegħu naxxenti mit-Trattat FUE billi ma eżaminax mill-ġdid is-sitwazzjoni tiegħu;
—
tordna lill-Kunsill li jeżamina mill-ġdid is-sitwazzjoni tiegħu;
—
tikkundanna lill-Kunsill kemm għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawn sostnuti mir-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku bbażat fuq il-fatt li billi ma bl-ebda mod ma pproċessa t-talba tagħha għal eżami mil-ġdid, il-Kunsill naqas mill-obbligi tiegħu naxxenti mil-leġiżlazzjoni u mill-ġurisprudenza tal-Unjoni Ewropea.
Full & Egal Universal Law Academy