13.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/36
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2015 – Polo Club vs UASI – Lifestyle Equities (POLO CLUB SAINT-TROPEZ HARAS DE GASSIN)
(Kawża T-67/15)
(2015/C 118/46)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Polo Club (Gassin, Franza) (rappreżentant: D. Masson, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lifestyle Equities CV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “POLO CLUB SAINT-TROPEZ HARAS DE GASSIN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 525 137
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Novembru 2014 fil-Każ R 1882/2013-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirreġistra t-trade mark li saret applikazzjoni għaliha fl-intier tagħha;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy