13.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/37
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2015 – Trajektna luka Split vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-70/15)
(2015/C 118/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Trajektna luka Split d.d. (Split, il-Kroazja) (rappreżentanti: M. Bauer, H. Freund u S. Hankiewicz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
Tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9236 finali, tat-28 ta’ Novembru 2014, dwar il-Każ AT.40199 Il-Port ta’ Split;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha u dawk tar-rikorrenti;
—
tibgħat il-kawża lura lill-Kummissjoni Ewropea għal iktar investigazzjoni u deċiżjoni mill-ġdid; u
—
tieħu dawk ir-rimedji ġudizzjarji oħra skont kif teħtieġ il-ġustizzja.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest fl-evalwazzjoni u żball ta’ liġi bil-ksur tal-obbligi tal-Kummissjoni fl-ittrattar ta’ lment billi jiġi evalwat b’mod żbaljat l-interess tal-Unjoni Ewropea relatat mat-tliet motivi kollha li tressqu mill-Kummissjoni.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u żball ta’ liġi bil-ksur tal-obbligi tal-Kummissjoni fl-ittrattar ta’ lment, b’mod partikolari fin-nuqqas li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kwistjonijiet rilevanti kollha ta’ liġi u ta’ fatt.
Full & Egal Universal Law Academy