13.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/39
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2015 – ROD Leichtmetallräder vs UASI – Rodi TR (ROD)
(Kawża T-75/15)
(2015/C 118/50)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ROD Leichtmetallräder GmbH (Weiden in der Oberpfalz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Hellenbrand u J. Biener, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rodi TR, SL (Lleida, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “ROD” – Trade mark Komunitarja Nru 5 6 94 989
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Diċembru 2014, fil-Każ R 281/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI tat-22 ta’ Novembru 2013;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 65(2) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur ta’ forma proċedurali sostanzjali – ksur tar-Regoli 39(3) u 37(b)(ii) tar-Regolament Nru 2868/95.
Full & Egal Universal Law Academy