20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/32
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2015 – Mudhook Marketing vs UASI (IPVanish)
(Kawża T-78/15)
(2015/C 127/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mudhook Marketing, Inc. (Winter Park, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Dellmeier u H. Eckermann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “IPVanish” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 2 3 30 271
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 1417/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata,
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy