20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/33
Appell ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2015 minn Luigi Macchia mid-digriet mogħti fit-12 ta Diċembru 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-63/11 RENV, Macchia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-80/15 P)
(2015/C 127/45)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Luigi Macchia (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-12 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża F-63/11 RENV;
—
konsegwentement, tilqa’ t-talbiet tal-appellant imressqa fl-ewwel istanza u, għalhekk,
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli;
—
prinċipalment:
—
tannulla d-deċiżjoni impliċita, adottata fit-12 ta’ Awwissu 2010, mid-Direttur Ġenerali tal-OLAF, fil-kwalità tiegħu ta’ Awtorità Responsabbli għall-Konklużjoni tal-Kuntratti tal-Impjieg, li ma jġeddidx il-kuntratt tiegħu, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-assenza ta’ risposta għat-talba li dan tal-aħħar indirizza lilu fit-12 ta’ April 2010;
—
sa fejn huwa neċessarju, tannulla d-deċiżjoni, adottata fit-22 ta’ Frar 2011, mill-Awtorità Responsabbli għall-Konklużjoni tal-Kuntratti tal-Impjieg, li biha ċaħdet l-ilment imressaq mill-appellant taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
konsegwentement, tintegra mill-ġdid lil-appellant fil-funzjonijiet li kellu fi ħdan l-OLAF, fil-kuntest tat-tiġdid tal-kuntratt tiegħu skont l-eżiġenzi statutorji;
—
sussidjarjament, u fil-każ li ma tintlaqax it-talba għal integrazzjoni mill-ġdid magħmula hawn fuq, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas ta’ kumpens għad-dannu materjali subit mill-appellant, stmat provviżorjament ex aequo et bono fid-differenza tar-remunerazzjoni li kien jirċievi bħala membru tal-persunal temporanju fi ħdan l-OLAF u l-pożizzjoni li jokkupa attwalment (jiġifieri madwar EUR 3 000 fix-xahar), għal kull xahar li għadda matul l-istess perijodu tal-kuntratt tal-bidu tiegħu (4 snin), u dan lil hinn mill-ipoteżi li fiha l-imsemmi kuntratt setgħa jiġġedded għat-tielet darba, li kien jagħtih id-dritt għal kuntratt permanenti;
—
f’kull każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas ta’ somma ffissata provviżorjament u ex aequo et bono għal EUR 5 000, bħala kumpens għad-dannu morali, bl-interessi moratorji bir-rata legali li jibdew jiddekorru mid-data tas-sentenza li tingħata;
—
tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kollha, inklużi dawk ta’ dan l-appell.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellanti jinvoka motiv wieħed ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, ksur tal-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, żnaturament tal-fatti tal-kawża u ineżattezza materjali tal-konstazzjonijiet mill-atti tal-proċess mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
Full & Egal Universal Law Academy