13.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/41
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2015 – Facchinello vs UASI – Olimpia Splendid (Synthesis)
(Kawża T-81/15)
(2015/C 118/53)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Danila Facchinello (Molinella, l-Italja) (rappreżentant: F. Torlontano, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Olimpia Splendid SpA (Gualtieri, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “Synthesis” – Trade mark Komunitarja Nru 2 8 71 069
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Novembru 2014, fil-Każ R 2169/2013-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Novembru 2014 u, konsegwentement, tiddikjara li t-trade mark Komunitarja Synthesis ma hijiex irrevokata fir-rigward tal-prodotti fil-klassi 11 (Tagħmir għat-tkessiħ tal-arja);
—
barra minn hekk, tikkundanna lill-UASI sabiex iħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż tal-proċedura.
Motiv invokat
—
ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, sa fejn l-Ewwel Bord tal-Appell iddikjara r-revoka tat-trade mark Komunitarja billi qies li l-provi prodotti mill-proprjetarju tat-trade mark ma kinux xierqa sabiex juru użu ġenwin mill-istess trade mark.
Full & Egal Universal Law Academy