11.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/28
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2015 – InAccess Networks Integrated Systems vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-82/15)
(2015/C 155/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: InAccess Networks Integrated Systems – Applications Services for Telecommunication and Related Equipment Commercial and Industrial Co. SA (Amarousio, il-Greċja) (rappreżentanti: J. Grayston, Solicitor, P. Gjørtler u G. Pandey, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla l-atti li ġejjin, sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li dawn l-atti jipproduċu effetti legali u sa fejn dawn l-atti ma jqisux li huma eliġibbli spejjeż iddikjarati mir-rikorrenti fil-kuntest tal-Konvenzjoni ta’ Sussidju bin-numru ta’ referenza 216837 Proġett ATRACO, konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm-Qafas tal-Komunità Ewropea għall-Azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (2007-2013) u meta huma intiżi li jeżiġu lir-rikorrenti li tirrimborsa fondi riċevuti u l-ħlas u l-ħlas ta’ danni:
—
deċiżjoni tal-Kummissjon li tinsab fl-ittra tal-11 ta’ Diċembru 2014 bir-referenza ARES (2014) 4162021;
—
deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fin-nota ta’ debitu tat-23 ta’ Ottubru 2012 bir-referenza ARES (2012) 1248814;
—
deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tas-7 ta’ Diċembru 2013, mingħajr numru ta’ referenza;
—
Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41(1) u (2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tad-dritt għal smigħ
Ir-rikorrenti tinvoka l-fatt li l-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-proċedura ta’ verifika inizjali żvolġiet bi ksur tad-dritt tar-rikorrenti għal smigħ u li, fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ mill-ġdid il-fajl.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-ksur tal-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti tinvoka l-fatt li d-deċiżjoni li tinfetaħ mill-ġdid il-proċedura ta’ verifika qajmet l-aspettattiva leġittima li kull deċiżjoni ġdida tibbaża fuq fatti marbutin mal-mertu tal-verifika, u mhux fuq regoli tal-proċedura li kienu applikabbli għall-provvista ta’ dokumentazzjoni waqt il-proċedura ta’ verifika inizjali.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea minħabba motivazzjoni insuffiċjenti
Ir-rikorrenti tinvoka l-fatt li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni ta’ eżami mill-ġdid tal-Kummissjoni hija insuffiċjenti peress li titratta biss wieħed miż-żewġ punti inkwistjoni u peress li tirreferi biss b’mod superfiċjali għall-insuffiċjenza tad-dokumentazzjoni pprovduta.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tinvoka l-fatt li fl-assenza ta’ kwalunkwe dokumentazzjoni li tirrigwarda l-eżitu tal-proċedura ta’ verifika miftuħa mill-ġdid u, konsegwentemement, ta’ kull possibbiltà għar-rikorrenti li tippreżenta l-każ tagħha qabel deċiżjoni reveduta tittieħed, id-deċiżjoni ta’ eżami mill-ġdid tal-Kummissjoni, u konsegwentement id-deċiżjoni ta’ verifika inizjali, għandhom jitqiesu li huma l-espressjoni ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni u li huma adottati bi ksur tad-dritt tar-rikorrenti li tinstema’.
Full & Egal Universal Law Academy