13.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/43
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2015 – Alfa Wassermann Hungary vs UASI – Pharma Mar (YLOELIS)
(Kawża T-85/15)
(2015/C 118/55)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alfa Wassermann Hungary kft (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: M. Best, U. Pfleghar u S. Schäffner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pharma Mar, SA (Colmenar Viejo, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “YLOELIS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 0 9 14 431
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 1100/2014-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u kif ukoll id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-24 ta’ Frar 2014 (Proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 2 0 66 184);
—
tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 2 0 66 184 fl-intier tagħha;
—
tikkundanna lill-UASI u lill-parti li opponiet għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy