27.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/58
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2015 – Aston Martin Lagonda vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ gradilja mqiegħda fil-parti ta’ quddiem ta’ vettura bil-mutur)
(Kawża T-86/15)
(2015/C 138/75)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aston Martin Lagonda Ltd (Gaydon, ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Farnsworth, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja indikata bħala “oħrajn” (Rappreżentazzjoni ta’ gradilja mqiegħda fil-parti ta’ quddiem ta’ vettura bil-mutur) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 2 2 18 418
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 1795/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn laqgħet il-konklużjonijiet tal-eżaminatur li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni prima facie kienet nieqsa minn karattru distintiv għall-prodotti u servizzi inkwistjoni;
—
tippermetti l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 2 2 18 418;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy