13.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/44
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2015 – Schoeller Corporation vs UASI – Sqope (SCOPE)
(Kawża T-90/15)
(2015/C 118/57)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Schoeller Corporation GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. van Ackeren, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sqope SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “SCOPE” – Applikazzjoni Nru 4 502 341
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Novembru 2014 fil-Każ R 2381/2013-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tirrigwarda l-provvisti ta’ servizzi ta’ analiżi finanzjarja u ta’ informazzjoni finanzjarja;
—
tikkundanna lill-parti telliefa għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy