20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/36
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2015 – Printeos et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-95/15)
(2015/C 127/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Printeos, SA (Alcalá de Henares, Spanja), Tompla Sobre Exprés, SL (Alcalá de Henares, Spanja), Tompla Scandinavia AB (Stokkolma, l-Isvezja), Tompla France SARL (Fleury Mérogis, Franza), Tompla Druckererzeugnisse Vertriebs GmbH (Leonberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Brokelmann, avukat, P. Martínez-Lage Sobredo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9295 finali, tal-10 ta’ Diċembru 2014, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (AT.39780 – Envelops) minħabba n-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multi (b’mod partikolari l-adegwament applikat skont il-punt 37 tal-Linji Gwida dwar il-multi); u
—
sussidjarjament, li, skont il-ġurisdizzjoni sħiħa mogħtija lilha mill-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 skont l-Artikolu 261 TFUE, temenda l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9295, tal-10 ta’ Diċembru 2014, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (AT.39780 – Envelops), (i) tistabbilixxi s-sanzjoni imposta fuq TOMPLA għal minn tal-inqas 55 % inqas mil-limitu legali massimu tagħha (Artikolu 23.2 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003) – jew, alternattivament, il-perċentwali li l-Qorti Ġenerali tqis xieraq – sabiex jerġa’ jiġi stabbilit b’hekk il-bilanċ tagħha meta mqabbla mal-multi imposti fuq Bong u Hamelin, u (ii) tnaqqas is-sanzjoni imposta addizjonalment b’mill-inqas 33 % jew, alternattivament, fil-perċentwali li l-Qorti Ġenerali jidhrilha xieraq – sabiex tieħu inkunsiderazzjoni l-multa imposta mill-Kummissjoni Nazzjonali tal-Kompetizzjoni (KNK) fid-deċiżjoni tagħha tal-25 ta’ Marzu 2013 fil-Każ 5/0316/10, Sobres de Papel, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża tistabbilixxi li r-rikorrenti kisru l-Artikoli 101 TFUE u l-Artikolu 53 ŻEE billi pparteċipaw, mit-8 ta’ Ottubru 2003 sat-22 ta’ April 2008, fi ksur uniku u kontinwat li jkopri d-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, in-Norveġja, l-Isvezja u r-Renju Unit fil-qasam tal-envelops tal-katalgi u tal-envelops speċjali, li jikkonsisti fil-koordinazzjoni tal-prezzijiet, it-tqassim tal-klijenti u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn ma hijiex iġġustifikata l-ħtieġa għal adattament tal-ammont bażiku tal-multi skont l-Artikolu 37 tal-Linji Gwida dwar il-multi, lanqas il-perċentwali preċiża tat-tnaqqis applikat għal kull impriża.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u d-determinazzjoni tal-ammont tal-multa, billi applikat adattament tal-ammont bażiku tal-multi skont l-Artikolu 37 tal-Linji Gwida dwar il-multi.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni fid-determinazzjoni tal-ammont tal-multa, sa fejn ma ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-multa imposta qabel mill-Awtorità Spanjola tal-Kompetizzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy