27.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/60
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2015 – Tubes Radiatori vs UASI – Antrax It (Radiatori per riscaldamento)
(Kawża T-98/15)
(2015/C 138/78)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Tubes Radiatori Srl (Resana, l-Italja) (rappreżentanti: S. Verea, K. Muraro, M. Balestriero, P. Menapace, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Antrax It Srl (Resana, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: ir-rikorrenti
Disinn ikkontestat ikkonċernat: id-disinn Komunitarju għal prodotti “radjaturi tat-tisħin” – Disinn Komunitarju Nru 000169 370-0002
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 1643/2014-3
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement, tikkonstata u tiddikjara l-validità tad-disinn Komunitarju Nru 000169370-0002, proprjetà ta’ TUBES RADIATORI s.r.l., peress li huwa ġdid u għandu karattru individwali;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, fis-sens tal-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-2 ta’ Mejju 1991.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 1d tar-Regolament (KE) Nru 216/96, tal-prinċipju ta’ kontradittorju, kif ukoll tad-dmir ta’ motivazzjoni.
—
Qed tiġi sostnuta wkoll eċċezzjoni ta’ res judicata.
Full & Egal Universal Law Academy