11.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/31
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2015 – Sfera Joven vs UASI – Las banderas del Mediterráneo (NOOSFERA)
(Kawża T-99/15)
(2015/C 155/36)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Sfera Joven, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Rivas Zurdo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Las banderas del Mediterráneo, SL (Cox, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata:“NOOSFERA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 233 681
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Diċembru 2014, fil-Każ R 158/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Diċembru 2014 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI fil-Każ R 158/2014-4, sa fejn billi tiċħad l-appell tal-parti li ressqet l-oppożizzjoni tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ Oppożizzjoni, li tiċħad l-oppożizzjoni B 2 160 557 u li tilqa’ fit-totalità tagħha l-applikazzjoni għat-Trade mark Komunitarja verbali Nru 11 233 681 “NOOSFERA”;
—
tikkundanna lill-parti jew lill-partijiet li jikkontestaw dan ir-rikors għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy