13.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 228/16
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2015 – Opko Ireland Global Holdings vs UASI – Teva Pharmaceutical Industries (ALPHAREN)
(Kawża T-106/15)
(2015/C 228/19)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Opko Ireland Global Holdings Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, u A. Smith, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Teva Pharmaceutical Industries Ltd (Jerusalem, Israel)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “ALPHAREN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 320 297
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-26/11/2014 fil-Każ R 2387/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 1(d)(2) tar-Regolament Nru 216/96 inkwantu Membru tal-Bord tal-Appell li adotta d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-2009 kien ukoll Membru tal-Bord li adotta d-deċiżjoni kkontestata;
—
Ksur tal-Artikolu 50 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni billi invokat provi ġodda li ma kinux ġew prodotti quddiem l-UASI fl-ewwel proċedimenti ta’ oppożizzjoni.
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 billi naqset milli timponi l-oneru tal-prova fl-oppożizzjoni sabiex tipprova x-xebh bejn il-prodotti inkwistjoni lill-parti li qed topponi.
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell żbalja fl-identifikazzjoni tal-pubbliku rilevanti u fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.
Full & Egal Universal Law Academy