26.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/27
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2015 – Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-112/15)
(2015/C 171/32)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I.-K. Chalkias, G. Kanellopoulos, E. Leftheriotou u A.-E. Vasilopoulou, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Diċembru 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont it-Taqsima tal-Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (notikata bid-Dokument C (2014) 10135) (ĠU L 369, p. 71), fil-parti fejn jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea spejjeż sostnuti fis-settur tal-għajnuna għaż-żoni għas-sena ta’ applikazzjoni 2008 u li jikkorrispondu għal: a) 10 % tal-ammont sħiħ tal-ispejjeż sostnuti għall-għajnuna għall-mergħa, b) 5 % tal-ammont sħiħ tal-ispejjeż sostnuti għall-pagamenti akkopjati addizzjonali, ċ) 5 % tal-ammont sħiħ tal-ispejjeż sostnuti fis-settur tal-iżvilupp rurali.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin.
1.
F’dak li jirrigwarda r-rettifika ta’ 10 % imposta fuq iż-żoni ta’ mergħa:
—
permezz tal-ewwel motiv għal annullament ir-rikorrenti ssostni interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tad-dispożizzjoni prevista fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 (1), tal-21 ta’ April 2004, fir-rigward tad-definizzjoni ta’ mergħa, l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
2.
F’dak li jirrigwarda r-rettifiki ta’ 5 % imposta fuq il-pagamenti akkopjati addizzjonali relatati maż-żoni u fuq il-miżuri ta’ żvilupp rurali:
—
permezz tat-tieni motiv għal annullament ir-rikorrenti ssostni li r-rettifika finanzjarja ta’ 5 % għall-pagamenti akkopjati addizzjonali relatati maż-żoni ġiet imposta abbażi ta’ żball ta’ fatt, b’motivazzjoni insuffiċjenti u bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità;
—
permezz tat-tielet motiv għal annullament ir-rikorrenti ssostni li r-rettifika finanzjarja ta’ 5 % prevista għall-għajnuna tat-tieni pilastru ġiet imposta mingħajr ġustifikazzjoni u li, f’kull każ, l-evalwazzjoni mwettqa f’dan ir-rigward mill-Kummissjoni kienet ibbażata fuq żball ta’ fatt u hija manifestament sproporzjonata meta mqabbla mar-riskju għall-miżuri tat-tieni pilastru li hija ssemmi fil-konklużjonijiet tagħha. B’mod partikolari, f’dak li jirrigwarda l-miżura 214 tal-Programm ta’ Żvilupp Rurali, ir-rikorrenti ssostni li r-rettifika imposta hija parzjalment it-tieni waħda konsekuttiva għall-istess oġġett, u għalhekk hija illegali u għandha tiġi annullata.
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243)
Full & Egal Universal Law Academy