26.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/29
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2015 – Unicorn/UASI – Mercilink Equipment Leasing (UNICORN-čerpací stanice)
(Kawża T-123/15)
(2015/C 171/34)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Unicorna.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: L. Lorenc, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mercilink Equipment Leasing Ltd (Limassol, iċ-Ċipru)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “UNICORN-čerpací stanice” Trade mark Komunitarja Nru 11014685
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Jannar 2015 fil-Każ R 153/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
L-UASI naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni b’mod xieraq il-provi ppreżentati mir-rikorrenti;
—
L-UASI wettaq żball fl-eżami tiegħu tar-reputazzjoni tajba tat-trade marks preċedenti.
Full & Egal Universal Law Academy