26.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/31
Rikors ippreżentat fl-20 ta Marzu 2015 – Rotkäppchen – Mumm Sektkellereien vs UASI – Ruiz Moncayo (RED RIDING HOOD)
(Kawża T-128/15)
(2015/C 171/37)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Rotkäppchen – Mumm Sektkellereien GmbH (Freiburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Berlit, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alberto Ruiz Moncayo (Entrena, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “RED RIDING HOOD” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 1 2 99 831
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Jannar 2015 fil-Każ R 1012/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-27 ta’ Marzu 2014 fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 2 1 77 817;
—
tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 2 99 831;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy