11.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/35
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2015 – Intesa Sanpaolo vs UASI (WAVE TO PAY)
(Kawża T-130/15)
(2015/C 155/42)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Intesa Sanpaolo SpA (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi u F. Cecchi, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali li tinkludi l-elementi verbali “WAVE TO PAY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 258 141
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Jannar 2015 fil-Każ R 1864/2014-5
Talbiet
—
tiddikjara l-ksur u l-applikazzjoni skorretta tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u (2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja;
—
tiddikjara l-ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, kif ukoll in-natura kontradittorja tad-deċiżjoni kkontestata, u għaldaqstant:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma bħal dawk invokati fil-Kawża T-129/15.
Full & Egal Universal Law Academy