11.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/36
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-135/15)
(2015/C 155/43)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: C. Colelli, avvocato dello Stato, u G. Palmieri, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla, fil-parti li hija s-suġġett ta’ dan ir-rikors, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/103 tas-16 ta’ Jannar 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (notifikata bid-dokument C(2015) 53);
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti kkontestat b’mod partikolari:
(a)
Il-parti tad-deċiżjoni li fiha, wara l-investigazzjoni EX/2010/010, fir-rigward tas-settur taz-zokkor, twettqet korrezzjoni finanzjarja ta’ EUR 9 0 4 98 735,16, b’riferiment għas-snin finanzjarji 2007, 2008 u 2009 abbażi ta’ interpretazzjoni li ġiet meqjusa bħala “interpretazzjoni żbaljata tal-produzzjoni taz-zokkor”;
(b)
Il-parti tad-deċiżjoni li fiha, wara l-investigazzjoni CEB/2011/090, fir-rigward tal-miżuri promozzjonali, twettqet, inter alia, korrezzjoni finanzjarja ta’ EUR 1 6 07 275,90, għal “ħlasijiet tardivi” fir-rigward tas-sena finanzjarja 2010;
(c)
Il-parti tad-deċiżjoni li fiha, wara l-investigazzjoni LA/2009/006, fir-rigward tal-miżura “azzjoni ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni tal-prodotti agrikoli fis-suq u fil-pajjiżi terzi”, twettqet, inter alia, korrezzjoni finanzjarja ta’ EUR 1 1 98 831,03, għal “ħlasijiet tardivi”.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
1.
L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 31(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (GU L 209, p. 1), kif ukoll tad-drittijiet ta’ difiża tal-Istat Membru.
2.
It-tieni motiv, huwa ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006, tal-21 ta’ Ġunju 2006, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (GU L 171, p. 60), fuq il-ksur tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jistabilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 335M, p. 29) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 968/2006, tas-27 ta’ Ġunju 2006, li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità (ĠU L 322M, p. 183), u fuq il-ksur tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Novembru 2013, mogħtija fil-Kawżi Magħquda C-187/12, C-188/12 u C-189/12, SFIR et (EU:C:2013:737).
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, tan-ne bis in idem u tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali.
4.
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 31(3) tar-Regolamento Nru 1290/2005, il-ksur tas-subartikolu 2 tal-Artikolu 11(3) u tat-titolu 3 tar-Regolament Nru 885/2006, u ksur tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni ddefiniti fid-dokument Nru VI/5330/97.
5.
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament Nru 883/2006, kif ukoll fuq l-eżistenza f’dan il-każ ta’ nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ żnaturament tal-fatti.
6.
Is-sitt motiv, huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 501/2008, tal-aspettattivi leġittimi u tal-prinċipju tar-responsabbiltà lill-Istati Membri tal-korrezzjonijiet finanzjarji.
Full & Egal Universal Law Academy