13.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 228/17
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2015 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Parlament
(Kawża T-136/15)
(2015/C 228/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: I. Ampazis u M. Sfyri, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Frar 2015 (302534) tal-Viċi President tal-Parlament Ewropew li tiċħad l-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrenti għal aċċess għal dokumenti tal-Parlament Ewropew dwar it-talbiet kollha għal kwotazzjoni fil-lottijiet kollha tas-sejħa għal offerti Nru ITS08 – Provvista ta’ servizzi esterni għas-servizzi IT 2008S/149-199622 (skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni) u li tikkonferma d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tat-18 ta’ Diċembru 2014, u
—
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż legali u għal spejjeż oħra li r-rikorrenti sostniet b’rabta ma dan ir-rikors, anki jekk ir-rikors jiġi miċħud.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Parlament ma wettaqx evalwazzjoni individwali tad-dokumenti mitluba u saħansitra rrifjutat aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba, bi ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1).
2.
It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-ġustifikazzjonijiet mogħtija mill-Parlament fir-rigward tal-protezzjoni tas-sigurtà pubblika, tal-ħajja privata tal-individwu, tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika u tal-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni għandhom jiġu miċħuda għaliex kompletament infondati.
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, P. 331)
Full & Egal Universal Law Academy