8.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 190/17
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2015 – Aurora vs UASI – SES-VanderHave (M 02205)
(Kawża T-140/15)
(2015/C 190/21)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aurora Srl (Finale Emilia, l-Italja) (rappreżentant: L. Buchman, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SES-VanderHave NV/SA (Tienen, il-Belġju)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-CPVO
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti kkonċernati: dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti Nru UE 15118, denominazzjoni tal-varjetà M 02205
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-CPVO tas-26 ta’ Novembru 2014 fil-Każ A10/2013
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiddikjara li s-CPVR Nru 15118 bħala null u bla effett;
—
tikkundanna lis-CPVO għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-intervenjenti.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament Nru 2100/94;
—
Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 87(4) tar-Regolament Nru 2100/94;
—
Ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali sa fejn il-kundizzjonijiet tas-CPVR maħruġ kienu emendati b’mod retrospettiv;
—
Ksur, sa ċertu punt, tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi;
—
Ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza u d-dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti sa fejn il-proċess ta’ eżami ma kienx imwettaq b’mod trasparenti peress li r-rikorrent ma kellux aċċes għal dokumenti essenzjali.
Full & Egal Universal Law Academy