26.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/33
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2015 – DHL Express vs UASI – Chronopost (WEBSHIPPING)
(Kawża T-142/15)
(2015/C 171/39)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: DHL Express (France) (Le Bourget, Franza) (rappreżentanti: A. Casalonga, F. Codevelle, C. Bercial Arias, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Chronopost (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: Trade mark Komunitarja Nru 1 909 183
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Jannar 2015 fil-Każ R 2425/2013-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiddikjara li d-drittijiet tal-proprjetarju tar-reġistazzjoni Komunitarja Nru 1 909 183 WEBSHIPPING għandhom jiġu rrevokati u t-trade mark għandha titqies li ma kellhiex effett mid-data tal-applikazzjoni għal revoka, jiġifieri mis-6 ta’ Lulju 2012;
—
tikkundanna lill-UASI u lill-intervenjenti (jekk hemm lok) għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy