8.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 190/22
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2015 – Hamcho u Hamcho International vs Il-Kunsill
(Kawża T-153/15)
(2015/C 190/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Mohamad Hamcho (Damasku, is-Sirja) u Hamcho International (Damasku) (rappreżentanti: A. Boesch, D. Amaudruz u M. Ponsard, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tordna li jiġi prodott il-proċess tal-Kawża T-43/12;
—
tirriżerva lir-rikorrenti d-dritt ta’ replika u, f’din l-okkażjoni, li jipproduċu dokumenti ġodda u jħarrku xhieda;
—
tannulla, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrenti:
—
ir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/108 tas-26 ta’ Jannar 2015;
—
id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/117 tas-26 ta’ Jannar 2015;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, il-partijiet jinvokaw żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-653/11, Jaber vs Il-Kunsill (1).
(1) ĠU 2012, C 58, p. 12.
Full & Egal Universal Law Academy