8.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 190/23
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2015 – Kaddour vs Il-Kunsill
(Kawża T-155/15)
(2015/C 190/27)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Khaled Kaddour (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: A. Boesch, D. Amaudruz u M. Ponsard, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tordna l-produzzjoni tal-proċess tal-kawża T-654/11;
—
tirriżerva favur ir-rikorrent id-dritt li jippreżenta replika u, f’din l-okkażjoni, li jippreżenta atti ġodda u li jressaq ix-xhieda;
—
tannulla, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent:
—
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/108, tas-26 ta’ Jannar 2015;
—
id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/117, tas-26 ta’ Jannar 2015;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawża T-653/11, Jaber vs Il-Kunsill (1).
(1) ĠU 2012, C 58, p. 12.
Full & Egal Universal Law Academy