26.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/35
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2015 – Puma vs UASI – Gemma Group (Disinn ta’ annimal jaqbeż)
(Kawża T-159/15)
(2015/C 171/42)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gemma Group Srl (Cerasolo Ausa, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkonċernata: trade mark Komunitarja verbali figurattiva (Disinn ta’ annimal jaqbeż) – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 1 1 5 73 474
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Diċembru 2014, fil-Każ R 1207/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikoli 8(5), 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy