15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/40
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2015 – LG Developpement vs UASI – Bayerische Motoren Werke (MINICARGO)
(Kawża T-160/15)
(2015/C 198/54)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: LG Developpement (Baud, Franza) (rappreżentant: A. Sion, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bayerische Motoren Werke AG (München, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “MINICARGO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 278 751
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni mogħtija fit-23 ta’ Jannar 2015 mir-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI fil-Każ R 596/2014-4
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy