7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/68
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2015– Brinkmann (Steel Trading) et vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE
(Kawża T-161/15)
(2015/C 294/83)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Brinkmann (Steel Trading) Ltd (Londra, ir-Renju Unit); Dalmar investments Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi); Darlows Consultants Ltd (Nassau, il-Bahamas); Forestborne Ltd (Tortola); International Corporate Management Company SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu); Kraxis Investments Ltd (Nikosija, Ċipru); Magnamox Management Ltd (Nikosija); Megamatic Technologies Ltd (Nikosija); Windward Yachting Ltd (Tas-Sliema, Malta); Chupit Ltd (Nikosija); Coburg Investments (Overseas) Ltd (Nikosija); First Trade International Ltd (Tortola); Fitinvest Ltd (Limassol, Ċipru); Halman Consultants (Overseas) Ltd (Tortola); Limtan Investments Ltd (Lanarca, Ċipru); Minnesota Trading Ltd (Nikosija); Protoconsult Ltd (Nikosija); Transcoal Trading Ltd (Nikosija); u Veft Management Ltd (Nikosija) (rappreżentant: R. Nowinski, Barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
—
tordna lill-Unjoni Ewropea sabiex tagħmel tajjeb għad-dannu sostnut mir-rikorrenti minħabba fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni tal-Memorandum ta’ qbil dwar il-politika ta’ kondizzjonalità ekonomika fl-ammonti stabbilit fit-talba jew f’dak l-ammont li l-Qorti Ġenerali tikkunsidra li huwa dovut lir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż legali sostnuti għas-tressiq ta’ din it-talba.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 18 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 21(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali peress li l-Kummissjoni u l-BĊE aġixxew illegalment fis-sens li ddiskriminaw kontra Ċipru, u għalhekk, saret diskriminazzjoni diretta kontra depożitaturi fil-banek ta’ Ċipru;
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni u l-BĊE aġixxew illegalment minħabba li dawn kisru d-dritt tad-depożitaturi għall-protezzjoni tal-proprjetà kif iggarantit mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; u
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea inkwantu l-Kummissjoni u l-BĊE aġixxew illegalment fis-sens li kisru l-prinċipju ta’ proporzjonalità fit-tfassil tal-Memorandum ta’ qbil dwar il-politika ta’ kondizzjonalità ekonomika speċifika nnegozjat mill-Kummissjoni u mill-BĊE taħt l-awtorità tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.
Full & Egal Universal Law Academy